Language of document : ECLI:EU:T:2012:216





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-4 taʼ Mejju 2012 — UPS Europe u United Parcel Service Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/10)

“Għajnuna mill-Istat — Assenza taʼ deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Locus standi — Ammissibbiltà”

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Astensjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna — Dritt ta’ azzjoni ta’ impriża kompetitriċi — Kundizzjoni — Impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni tagħha fis-suq (Artikolu 88(2) KE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 265, TFUE) (ara l-punti 34, 35, 42-44, 47-50, 55, 59, 60)

Suġġett

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni, illegalment naqset milli tieħu deċiżjoni, f’terminu raġonevoli, fil-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE, li nbdiet fit-12 ta’ Settembru 2007, fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur Deutsche Post AG [għajnuna C 36/07 (ex NN 25/07)].

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

UPS Europe NV/SA u United Parcel Service Deutschland Inc. & Co. OHG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Deutsche Post AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.