Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awissu 2010 - Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-345/10)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. Saraiva de Almeida, aġenti, assistiti minn M. Figueiredo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4255 finali, tad-29 ta' Ġunju 2010, dwar l-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji fl-għajnuna tal-FAEGG, Taqsima "Gwida", mogħtija fil-programm operattiv CCI 1999.PT.06.1.PO.007 (Il-Portugall - programm nazzjonali, Objettiv 1) fir-rigward tal-miżura "Investimenti fl-impriżi agrikoli" li naqset b'EUR 16 411 829.46 il-kontribuzzjoni tal-FAEGG - Gwida fl-ispejjeż mogħtija taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2000) 2878, tat-30 ta' Ottubru 2000, fl-ambitu tal-programm ta' għajnuna CCI 1999.PT.06.1.PO.007 (Il-Portugall - programm nazzjonali, Objettiv 1); u

Sussidjarjament

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4255 finali, tad-29 ta' Ġunju 2010, sa fejn taffettwa l-finanzjament Komunitarju tal-infiq tar-Repubblika Portugiża fir-rigward tal-benefiċjarji magħżula bejn it-28 ta' Ottubru 2003 u Novembru 2006, li tammonta għal EUR 194 347 574.29;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4255 finali, tad-29 ta' Ġunju 2010, sa fejn taffettwa l-finanzjament Komunitarju tal-infiq tar-Repubblika Portugiża fir-rigward tal-benefiċjarji magħżula għall-"investimenti fl-impriżi agrikoli" assoċjati mal-għajnuna mogħtija lil bdiewa żgħażagħ, li tammonta għal EUR 94 621 812.06.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

ksur tal-Artikolu 250 TFUE u nuqqas ta' kompetenza;

ksur tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/99, tal-21 ta' Ġunju 1999 1;

applikazzjoni retroattiva tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12578/99, tas-17 ta' Mejju 1999 2;

ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2002, tas-26 ta' Frar 2002 3;

ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2001, tat-2 ta' Marzu 2001 4;

ksur tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1257/99;

ksur tal-prinċipju ta' ugwaljanza;

ksur tal-prinċipji ta' ugwaljanza u tal-aspettattivi leġittimi u żball fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji li għandhom jinsiltu mill-ksur tar-regoli Komunitarji;

ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta' Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31).

2 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391).

3 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2002, tas-26 ta' Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-għajnuna għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 3, Vol. 35, p. 269)

4 - Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 438/2001, tat-2 ta' Marzu 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 14, Vol. 1, p. 132)