Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2014 – Natura Selection vs UASI – Afoi Anezoulaki (natur)

(Kawża T-549/10) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali natur – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva preċedenti natura – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Natura Selection, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Afoi Anezoulaki AE (Kilkis, il-Greċja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2010 (Każ R 217/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Natura Selection, SL u Afoi Anezoulaki AE.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-6 ta’ Settembru 2010 (Każ R 217/2010-2), hija annullata.L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.