Language of document : ECLI:EU:T:2021:558


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tat8 ta’ Settembru 2021 – Achema u Achema Gas Trade vs IlKummissjoni

(Kawża T193/19)

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna lil Litgas għall-provvista ta’ kwantità minima ta’ LNG fit-terminal tal-LNG li jinsab fil-port marittimu ta’ Klaipėda – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Salvagwardja tad-drittijiet proċedurali – Limiti tal-Unjoni applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Kumpens għal servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Spejjeż relatati mal-evaporazzjoni – Spejjeż ta’ ekwilibraġġ – Sigurtà tal-provvista – Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18/KE – Sensiela ta’ indizji konkordanti”

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern mingħajr ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Rikors tal-persuni interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE – Rikors intiż li jissalvagwardja d-drittijiet proċedurali tal-persuni interessati – Ammissibbiltà

(Artikolu 108(2) u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2015/1589, Artikolu 1(h))

(ara l-punti 35 sa 38)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Diffikultà ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Diffikultajiet serji – Kunċett – Natura oġġettiva – Oneru tal-prova – Ċirkustanzi li jippermettu l-attestazzjoni tal-eżistenza ta’ dawn id-diffikultajiet – Indizji bbażati kemm fuq l-adozzjoni tal-att ikkontestat kif ukoll fuq il-kontenut tiegħu

Artikolu 108(2) u (3) TFUE

(ara l-punti 41 sa 48, 70, 71, 90, 91, 104, 124, 127, 147, 149, 162, 174, 179, 182, 184, 185, 189, 195, 205, 217, 219 sa 222)

3.      Kompetizzjoni – Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Definizzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri – Limiti – Investigazzjoni tal-Kummissjoni limitata għall-każijiet ta’ żball manifest

Artikolu 106(2) TFUE

(ara l-punti 101, 102)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest u tar-regoli ġuridiċi kollha

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 120, 121)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Kumpens għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-funzjoni ta’ servizz pubbliku – Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Kriterji – Awtorità responsabbli li għandha tikkonforma ruħha mar-regoli tal-Unjoni applikabbli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi

(Artikolu 106(2) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 8/03, punt 19)

(ara l-punti 132, 149)

6.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratti li jeżiġu miżuri partikolari ta’ sigurtà – Esklużjoni

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 14)

(ara l-punti 134, 135, 137 sa 147)

7.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Kamp ta’ applikazzjoni – Derogi – Interpretazzjoni stretta

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 14)

(ara l-punt 136)

8.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolarizzazzjoni ta’ żball fil-motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 181)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 7141 final tal‑31 ta’ Ottubru 2018 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44678 (2018/N), dwar il-modifika tal-għajnuna għal Terminal tal-LNG fil-Litwanja.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 7141 final tal‑31 ta’ Ottubru 2018 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44678 (2018/N), dwar il-modifika tal-għajnuna għal Terminal tal-LNG fil-Litwanja, hija annullata, sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fil-konfront tal-għajnuna mill-Istat li tirriżulta mill-emendi tal‑2016.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Achema AB, Achema Gas Trade UAB, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Litwanja u Ignitis UAB għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż rispettivi tagħhom.