Language of document : ECLI:EU:T:2021:554


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2021 – Spanja vs IlKummissjoni

(Kawża T554/19)

“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tad-dritt tal-kompetizzjoni, tad-dritt finanzjarju, tad-dritt tal-Unjoni ekonomiku u monetarju, tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-Unjoni u tal-protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-kontrafazzjoni – Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 fost erba’ lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Interess tas-servizz – Proporzjonalità”

1.      L-Unjoni Ewropea – Sistema lingwistika – Regolament Nru 1 – Kamp ta’ applikazzjoni – Relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-persunal tagħhom – Inklużjoni fl-assenza ta’ regolamenti speċjali

(Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 6)

(ara l-punt 27)

2.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet – Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Ġustifikazzjoni fir-rigward tal-interess tas-servizz – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

(Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 1; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d(6))

(ara l-punti 32 sa 34)

3.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet – Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d)

(ara l-punti 35 sa 37)

4.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ komunikazzjoni bejn l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u l-kandidati – Limitazzjoni – Ammissibbiltà – Motivazzjoni – Ġustifikazzjoni fir-rigward tal-interess tas-servizz – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

(ara l-punti 47 sa 49)

5.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet – Ugwaljanza fit-trattament – Rekwiżit ta’ konoxxenzi lingwistiċi speċifiċi – Motivazzjoni – Ġustifikazzjoni fir-rigward tal-interess tas-servizz – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

(Regolamenti tal-Persunal, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27, u l-Artikolu 28(f))

(ara l-punti 64 sa 71)

6.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet – Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-interess tas-servizz li jiġu rreklutati persuni immedjatament operattivi – Inammissibbiltà

(ara l-punti 102 sa 105, 122, 123)

7.      Rikorsi tal-uffiċjali – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Annullament ta’ avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali – Aspettattivi leġittimi tal-kandidati magħżula – Assenza ta’ kontestazzjoni tar-reklutaġġi diġà mwettqa

(ara l-punt 158)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/374/19, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fl-oqsma tad-dritt tal-kompetizzjoni, tad-dritt finanzjarju, tad-dritt tal-Unjoni ekonomiku u monetarju, tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-Unjoni Ewropea u tal-protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-kontrafazzjoni (ĠU 2019, C 191 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/374/19, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fl-oqsma tad-dritt tal-kompetizzjoni, tad-dritt finanzjarju, tad-dritt tal-Unjoni ekonomiku u monetarju, tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-Unjoni Ewropea u tal-protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-kontrafazzjoni, huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja.