Language of document : ECLI:EU:T:2021:538


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat8 ta’ Settembru 2021 – AH vs Eurofound

(Kawża T-630/19)

“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Fastidju psikoloġiku – Talba għal assistenza – Rikors għal annullament – Lis alibi pendens – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment – Obbligu ta’ motivazzjoni – Inkompetenza tal-awtur tal-att – Żball ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà – Dannu morali”

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Interess ġuridiku – Rikors ta’ uffiċjal allegatament vittma ta’ fastidju psikoloġiku intiż kontra r-rifjut ta’ talba għal assistenza – Ammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

(ara l-punti 37 sa 39)

2.      Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) – Persunal – Adozzjoni tad-deċiżjonijiet – Kompetenza tad-direttur ta’ Eurofound – Possibbiltà ta’ sostituzzjoni mill-Viċi Direttur – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 1860/76, Artikolu 53)

(ara l-punti 69 sa 71)

3.      Uffiċjali – Deċiżjoni li tingħalaq investigazzjoni amministrattiva miftuħa b’risposta għal talba għal assistenza minħabba fastidju psikoloġiku, mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 25)

(ara l-punti 75 sa 82)

4.      Uffiċjali – Drittijiet u obbligi – Investigazzjoni interna dwar allegat fastidju psikoloġiku – Rekwiżit ta’ imparzjalità – Portata – Kontestazzjoni mill-allegata vittma – Oneru tal-prova

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

(ara l-punt 98)

5.      Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Motiv ibbażat fuq elementi rrilevati fil-mori tal-kawża – Portata – Motiv ibbażat fuq elementi li setgħu jkunu magħrufa u allegati mill-preżentata tar-rikors – Esklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 84(1) u (2))

(ara l-punti 109 sa 113)

6.      Rikorsi tal-uffiċjali – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Ċaħda ta’ rikors fuq il-mertu mingħajr ma tingħata deċiżjoni fuq l-ammissibilità – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni

(ara l-punt 128)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Eurofound tad‑9 ta’ Novembru 2018 li tagħlaq l-investigazzjoni amministrattiva AI‑2018/01 miftuħa wara t-talba għal assistenza għal fastidju psikoloġiku fformulata mir-rikorrent fil-konfront tas-superjuri tiegħu u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu morali allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AH huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż relattivi tiegħu, għal dawk sostnuti mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound).