Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 -Neumann vs L-UASI

(Kawża T-358/04)1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali li hija ppreżentata fil-forma ta' ras ta' mikrofonu - Motiv assolut ta' rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)( b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94"

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Georg Neumann GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett tal-kawża

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-17 ta' Ġunju 2004 (każ R 919/2002-2), li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta' sinjal tridimensjonali li huwa ppreżentat fil-forma ta' ras ta' mikrofonu.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Georg Neumann GmbH hija ordnata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 284, 20.11.2004