Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Awwissu 2023 – Bundesrepublik Deutschland vs Mutua Madrileña Automovilista

(Kawża C-536/23, Mutua Madrileña Automovilista)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesrepublik Deutschland

Konvenut: Mutua Madrileña Automovilista

Domanda preliminari

L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 moqri flimkien mal-Artikolu 11(1)(b) tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li, bħala persuna li timpjega, ikompli jħallas ir-remunerazzjoni lil uffiċjali li jsib ruħu b’inkapaċità (temporanja) għax-xogħol wara inċident tat-traffiku u li huwa surrogat fid-drittijiet ta’ dan tal-aħħar kontra l-kumpannija, stabbilita fi Stat Membru ieħor, li l-vettura implikata fl-inċident hija assigurata magħha għal responsabbiltà ċivili, jista’ huwa stess bħala “il-parti li tkun ġarrbet il-ħsara” fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq, iressaq azzjoni kontra din il-kumpannija tal-assigurazzjoni quddiem il-qorti tad-domiċilju tal-uffiċjal b’inkapaċità għax-xogħol, meta tali azzjoni diretta tkun possibbli?

____________

1     ĠU 2012, L 351, p. 1.