Language of document : ECLI:EU:T:2014:775





Ordni tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 – Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑354/13)

“Rikors għal annullament – Indikazzjoni ġeografika protetta ‘Kołocz śląski’ jew ‘Kołacz śląski’ – Ċaħda tat-talba għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 25, 26)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni li fil-mori tal-kawża tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata, li sadanittant ġiet revokata – Ammissibbiltà ta’ talbiet ġodda – Limiti – Atti ipotetiċi li għadhom ma humiex adottati (ara l-punt 32)

3.                     Proċedura ġudizzjarja – Ammissibbiltà tar-rikorsi – Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Deċiżjoni li fil-mori tal-kawża tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata – Adattament tat-talbiet u tal-motivi inizjali – Assenza ta’ effett fuq l-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors (ara l-punti 34-36)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tat-8 ta’ April 2013 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali “Agrikoltura u Żvilupp Rurali” tal-Kummissjoni, li tipprovdi li t-talba għall-annullament tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tar-rikorrent tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Kołocz śląski” jew “Kołacz śląski” hija inammissibbli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks eV hija kkundannata għall-ispejjeż.