Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Crown Equipment (Suzhou) u Crown Gabelstapler vs Il-Kunsill

(Kawża T-351/13) 1

“Dumping — Importazzjoni ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Rikors għal annullament — Interess dirett — Interess individwali — Ammissibbiltà — Determinazzjoni tal-valur normali — Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru°1225/2009 — Regola tal-inqas dazju — Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1225/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Crown Equipment (Suzhou) Co. Ltd (Suzhou, iċ-Ċina) u Crown Gabelstapler GmbH & Co. KG (Roding, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Neuhaus, H. J. Freund u B. Ecker, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u B. Driessen, aġenti, assistiti minn B. O’Connor, solicitor u S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1008/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni interim parzjali taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU 2013, L 112, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Crown Equipment (Suzhou) Co. Ltd u Crown Gabelstapler GmbH & Co. KG għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.

____________

1 ĠU C 252, 31.8.2013.