Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Lulju 2011 - Evonik Industries vs UASI - Bornemann (EVONIK)

(Kawża T-390/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Johann Heinrich Bornemann GmbH - Geschäftsbereich Kunststofftechnik Obernkirchen (Obernkirchen, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta' April 2011 (Każ R 1802/2010-2), sa fejn tiċħad l-estensjoni tal-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea għat-trade mark internazzjonali Nru 918 426 "EVONIK";

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "EVONIK" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 9, 11, 16, 17, 19, 35, 37, 39, 40, 41 u 42 - Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 918 426

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Johann Heinrich Bornemann GmbH - Geschäftsbereich Kunststofftechnik Obernkirchen

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali "EVO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 37 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009, billi i) ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, ii) il-Bord tal-Appell ibbaża ruħu fuq raġunijiet li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti ma kinitx esprimiet ruħha, u iii) il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni kkontestata fuq argumenti li ma kinux ġew ippreżentati fil-proċedimenti.

____________