Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta̕ Mejju 2013 - Iran Transfo vs Il-Kunsill

(Kawża T-392/11) 

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-Iran sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi - Obbligu ta' motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Iran Transfo (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: K. Kleinschmidt, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u J. P. Hix, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta' Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), peress li din id-deċiżjoni tikkonċerna r-rikorrent.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta' Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran hija annullata, sa fejn din tikkonċerna Iran Transfo.

L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/299, sa fejn din tikkonċerna Iran Transfo, għandhom jinżammu matul perijodu li ma jaqbiżx xahrejn u għaxart ijiem li jingħaddu mid-data li tiġi ppronunzjata din is-sentenza.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, barra mill-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti minn Iran Transfo.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 290, 01.10.2011.