Language of document : ECLI:EU:T:2013:254





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 — Iran Transfo vs Il-Kunsill

(Kawża T‑392/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-Iran sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf tal-persuna kkonċernata li tippermettilha li tifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tagħha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3)) (ara l-punti 23, 25-27)

2.                     Unjoni Ewropea — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità — Portata — Deċiżjoni bbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u mhux ikkomunikata lill-qorti tal-Unjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2011/299/PESK) (ara l-punti 34, 40, 41, 50)

3.                     Rikors għal annullament — Att ikkontestat — Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 48)

4.                     Unjoni Ewropea — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2011/299/PESK) (ara l-punti 48-53)

5.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament ta’ deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi li ma taffettwax regolament li japplika miżura identika — Riskju ta’ ħsara gravi għaċ-ċertezza legali — Żamma tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata matul perijodu massimu b’effett mill-għoti (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE) (ara l-punti 54-56)

6.                     Proċedura ġudizzjarja — Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura — Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 64) (ara l-punt 59)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), peress li din id-deċiżjoni tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran hija annullata, sa fejn din tikkonċerna lil Iran Transfo.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/299, sa fejn din tikkonċerna lil Iran Transfo, għandhom jinżammu matul perijodu li ma jaqbiżx xahrejn u għaxart ijiem li jingħaddu mid-data li tiġi ppronunzjata din is-sentenza.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, barra mill-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti minn Iran Transfo.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.