Language of document :

Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 minn China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, Cangzhou Qinghong Foundry Co. Ltd, Botou City Qinghong Foundry Co. Ltd, Lingshou County Boyuan Foundry Co. Ltd, Handan Qunshan Foundry Co. Ltd, Heping Cast Co. Ltd Yi County, Hong Guang Handan Cast Foundry Co. Ltd, Shanxi Yuansheng Casting and Forging Industrial Co. Ltd, Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory, Tangxian Hongyue Machinery Accessory Foundry Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla Estiża) fid-19 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-254/18, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-478/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (CCCME), Cangzhou Qinghong Foundry Co. Ltd, Botou City Qinghong Foundry Co. Ltd, Lingshou County Boyuan Foundry Co. Ltd, Handan Qunshan Foundry Co. Ltd, Heping Cast Co. Ltd Yi County, Hong Guang Handan Cast Foundry Co. Ltd, Shanxi Yuansheng Casting and Forging Industrial Co. Ltd, Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory, Tangxian Hongyue Machinery Accessory Foundry Co. Ltd (rappreżentanti: R. Antonini, avvocato, E. Monard u B. Maniatis, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, EJ Picardie, Fondatel Lecomte, Fonderies Dechaumont, Fundiciones de Odena, SA, Heinrich Meier Eisengießerei GmbH & Co. KG, Saint-Gobain Construction Products UK Ltd, Saint-Gobain Pam, Ulefos Oy

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali u tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 tad-29 ta’ Jannar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja 1 , sa fejn jirrelata maċ-CCCME, mal-kumpanniji individwali u mal-membri kkonċernati, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-istanza quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, inkluż dawk tal-appellanti, u tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju. Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi ma kkonstatatx ksur tal-Artikoli 3(2), 3(3), 3(5), 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku 2 u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba fir-rigward tad-data ta’ importazzjoni.

It-tieni aggravju. Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi ma kkonstatatx ksur tal-Artikoli 3(2), 3(3), 3(5), 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba minħabba li d-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu u ta’ rabta kawżali ma kinitx ibbażata fuq provi pożittivi u fuq eżami oġġettiv.

It-tielet aggravju. Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi kkonstatat li ma kienet meħtieġa l-ebda analiżi ssegmentata għall-osservanza tal-obbligi tal-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku.

Ir-raba’ aggravju. Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi ma kkonstatatx ksur tal-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku fir-rigward tan-nuqqas ta’ twaqqigħ tal-prezz għal parti mill-bejgħ tal-Unjoni.

Il-ħames aggravju. Il-Qorti Ġenerali applikat il-kriterju legali żbaljat meta kkonstatat li t-tielet motiv kien parzjalment inammissibbli. Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi ma kkonstatatx ksur tal-Artikoli 6(7), 19(1), 19(2), 20(2) u 20(4) tar-Regolament bażiku kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża fir-rigward tar-rekwiżit ta’ żvelar tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali.

____________

1     ĠU 2018, L 25, p. 6.

2     Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).