Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fid-29 ta’ Diċembru 2020 – Amoena Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-706/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amoena Ltd

Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

Il-kliem “jpoġġuhom”, “dawn” u “tagħhom” fil-punt 53 tas-sentenza 1 għandhom jinftehmu bħala li jagħmlu riferiment għar-riċipettijiet jew għall-proteżijiet tas-sider?

It-tieni sentenza tal-punt 53 tissuġġerixxi test differenti minn dak identifikat fil-punt 51 tas-sentenza Amoena, u dderivat min-nota ta’ spjegazzjoni tas-SA għall-intestatura 8473, billi tirrikjedi li r-riċipettijiet (jiġifieri l-aċċessorju potenzjali) għandhom ikunu jippermettu li l-proteżijiet jaqdu funzjoni differenti minn dik li għaliha “dawn” (preżumibbilment, il-proteżijiet) huma ddiżinjati, jew inkella hija intiża biss li tapplika t-test identifikat fil-punt 51, li jirrikjedi li r-riċipettijiet għandhom jaqdu servizz marbut mal-funzjoni prinċipali tal-proteżi?

____________

1  C-677/18, Amoena, sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019 (ECLI:EU:C:2019:1142)