Language of document : ECLI:EU:T:2015:841





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Novembru 2015 –
CEDC International vs UASI – Fabryka Wódek Polmos Łańcut (WISENT VODKA)

(Kawża T‑450/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva WISENT VODKA – Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti ŹUBRÓWKA – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Xebh tat-trade marks – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/209”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rikors mhux suffiċjentement ċar u preċiż – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 177(1)(d)) (ara l-punti 17-19)

2.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Tibdil tat-termini tat-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell – Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 188) (ara l-punt 27)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 41, 42, 66)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 44, 56-58, 81, 82, 95, 103)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva WISENT VODKA u trade mark tridimensjonali ŻUBRÓWKA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 49, 135, 136, 140)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1734/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Przedsiębiorstwo Polmos Białystok u Fabryka Wodek Polmos Łańcut SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-10 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1734/2011 4) hija annullata.

2)

L-UASI u Fabryka Wodek Polmos Łańcut SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn CEDC International sp. z o.o.