Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2021 – S.M.

(Kawża C-237/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S.M.

Parti oħra: Generalstaatsanwaltschaft München

Domanda preliminari

Il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Novembru 2018, Raugevicius (C-247/17, EU:C:2018:898) dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 18 u 21 TFUE, jeżiġu li talba mressqa minn Stat terz għall-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena, abbażi tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-13 ta’ Diċembru 1957, tiġi miċħuda anki fil-każ li l-Istat Membru rikjest ikun marbut jestradixxi ċ-ċittadin tal-Unjoni abbażi ta’ din il-konvenzjoni fid-dawl tat-trattati internazzjonali, peress li jkun iddefinixxa t-terminu “ċittadini” fl-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni fis-sens li jirreferi għaċ-ċittadini tiegħu u mhux ukoll għal ċittadini oħra tal-Unjoni?

____________