Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 – Vacca vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-116/11) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni – Test ta’ aċċess – Newtralizzazzjoni ta’ domandi – Informazzjoni lill-kandidati)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Annalisa Vacca (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha r-rikorrenti ma ġietx aċċettata għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11.

Dispożittiv

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil A. Vacca s-somma ta’ EUR 500.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn A. Vacca.

A. Vacca għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 25, 28.11.2013, p. 69.