Language of document : ECLI:EU:T:2012:165





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012 —
Egan u Hackett vs Il-Parlament

(Kawża T-190/10)

“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Reġistru tal-assistenti ta’ ex membri tal-Parlament Ewropew — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tat-trattament ta’ data ta’ natura personali — Regolament (KE) Nru 45/2001”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Risposta tal-Parlament għal talba inizjali għal aċċess għal dokumenti — Ommissjoni tal-Parlament milli jinforma lill-persuna interessata dwar id-dritt li tippreżenta talba konfermattiva — Ammissibbiltà tar-rikors b’mod eċċezzjonali (Artikolu 263 TFUE; Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikoli 7 u 8) (ara l-punti 42-46)

2.                     Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali (Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikoli 7 u 8; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 49-52)

3.                     Unjoni Ewropea — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni — Dokumenti li kienu aċċessibbli għall-pubbliku u li issa ma għadhomx — Inklużjoni (Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 4(1)(b)) (ara l-punti 74-76)

4.                     Unjoni Ewropea — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Obbligu tal-istituzzjoni li twettaq eżami konkret u individwali tad-dokumenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata (Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 4(1)(b)) (ara l-punti 88-101)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-12 ta’ Frar 2010, sa fejn din tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess mitlub għar-reġistri pubbliċi tal-assistenti ta’ ex membri tal-Parlament Ewropew.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2010 hija annullata sa fejn tirrifjuta li tagħti lil K. Egan u M. Hackett l-aċċess mitlub għar-reġistri pubbliċi tal-assistenti ta’ ex membri tal-Parlament Ewropew.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn K. Egan u M. Hackett kif ukoll jirrimborsa s-somom imħallsa bil-quddiem mill-fondi tal-Qorti Ġenerali bħala għajnuna legali lil K. Egan.

3)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.