Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – GEA Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/10) 1

(“Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej tal-istabbilizzaturi tas-sħana — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ksur imwettaq minn sussidjarji — Multi — Responsabbiltà in solidum tas-sussidjarji u tal-kumpannija parent — Qbiż tal-limitu ta’ 10 % għal waħda mis-sussidjarji — Deċiżjoni ta’ adozzjoni mill-ġdid — Tnaqqis tal-ammont tal-multa għal din is-sussidjarja — Imputazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-ammont imnaqqas tal-multa lis-sussidjarja l-oħra u lill-kumpannija parent — Drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ smigħ — Dritt ta’ aċċess għall-fajl”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Kallmayer, I. du Mont u G. Schiffers, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn W. Berg, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 727, tat-8 ta’ Frar 2010, li emendat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 727, tat-8 ta’ Frar 2010, li emendat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil GEA Group AG.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 179, 3.7.2010.