Language of document : ECLI:EU:T:2015:504

Kawża T‑189/10

(pubblikazzjoni ta’ estratti)

GEA Group AG

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej tal-istabbilizzaturi tas-sħana — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ksur imwettaq minn sussidjarji — Multi — Responsabbiltà in solidum tas-sussidjarji u tal-kumpannija parent — Qbiż tal-limitu ta’ 10 % għal waħda mis-sussidjarji — Deċiżjoni ta’ adozzjoni mill-ġdid — Tnaqqis tal-ammont tal-multa għal din is-sussidjarja — Imputazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-ammont imnaqqas tal-multa lis-sussidjarja l-oħra u lill-kumpannija parent — Drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ smigħ — Dritt ta’ aċċess għall-fajl”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 

1.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Aċċess għall-fajl — Suġġett — Dokumenti utli għad-difiża — Dritt ta’ smigħ — Portata

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1))

2.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ smigħ — Dritt ta’ aċċess għall-fajl — Ksur — Konsegwenzi — Annullament tad-deċiżjoni tal-kummissjoni li tikkonstata ksur — Kundizzjonijiet — Possibbiltà għall-impriża kkonċernata li tiżgura aħjar id-difiża tagħha fl-assenza ta’ dawn l-irregolaritajiet — Evalwazzjoni fir-rigward ta’ deċiżjoni li tnaqqas, għall-benefiċċju ta’ sussidjarja waħda, l-ammont ta’ multa imposta in solidum fuq diversi kumpanniji li jikkostitwixxu l-istess impriża

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

3.      Kompetizzjoni — Multi — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas — Determinazzjoni tal-parti mill-kwota tal-multa li għandha tiġi sostnuta mill-kodebituri in solidum — Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

4.      Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur imwettaq minn sussidjarja — Imputazzjoni lill-kumpannija parent — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa — Portata

(Artikolu 101 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 67-70)

2.      Meta multa hija imposta, mill-Kummissjoni, għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mingħajr ma l-impriża kkonċernata tkun instemgħet u mingħajr ma kellha aċċess għall-fajl, id-deċiżjoni għandha tiġi annullata sa fejn din l-impriża tkun wriet b’mod suffiċjenti mhux li, fin-nuqqas ta’ dawn l-irregolaritajiet proċedurali, id-deċiżjoni kkontestata kien ikollha kontenut differenti, iżda li, fl-assenza ta’ dawn l-irregolaritajiet, hija kienet tkun tista’ tiżgura aħjar id-difiża tagħha. Għal dan il-għan, wieħed għandu jqiegħed lilu nnifsu fl-istadju tal-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

F’dan ir-rigward, fl-ambitu ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkundanna in solidum diversi kumpanniji, li jikkostitwixxu l-istess impriża fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, għall-ħlas ta’ multa, il-kumpannija parent ikkonċernata tista’ tikkontesta l-fatt li hija ma kinitx ibbenefikat minn tnaqqis mogħti, b’deċiżjoni oħra, adottata mingħajr smigħ tagħha u mingħajr ma ngħatat aċċess għall-fajl, lil waħda mis-sussidjarji responsabbli in solidum. Fil-fatt, f’tali ċirkustanzi, il-kumpannija parent ikkonċernata tista’ tiżgura aħjar id-difiża tagħha billi targumenta l-kwistjoni dwar liema huma l-obbligi imposti fuq il-Kummissjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-parti mill-kwota rispettiva tad-diversi kumpanniji fl-ammonti li għalihom huma ġew ikkundannati in solidum, kwistjoni li ma kinitx riżolta mill-ġurisprudenza fi żmien il-proċedura amministrattiva.

Barra minn hekk, fil-każ li l-multa imposta fuq din il-kumpannija parent tilħaq ammont ikbar minn dak tal-multa imposta fuq is-sussidjarji tagħha, meta r-responsabbiltà tagħha hija kompletament imnissla mir-responsabbiltà tagħhom, hija tista’ tikkontesta l-ammont tal-multa intiża għaliha.

(ara l-punti 72-74, 76, 80, 83)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 75)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 81, 82)