Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' April 2010 - DTL Corporación vs UASI - Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales (Solaria)

(Kawża T-188/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: DTL Corporación, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: C. Rueda Pascual, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales, SL (Pamplona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni, tas-17 ta' Frar 2010, mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 767/2009-2;

tissostitwixxiha b'deċiżjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula minn Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales, SL kontra l-Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5.153.325 "SOLARIA", u tippermetti li din it-trade mark Komunitarja ma tiġix irreġistrata biss fil-klassi 41 iżda wkoll għas-servizzi kollha mitluba fil-klassijiet 37 u 47; tikkundanna lill-parti li topponi għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta' oppożizzjoni u tal-appell quddiem il-UASI;

tikkundanna lill-UASI, u lill-partijiet l-oħra li jopponu dan ir-rikors, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: DTL Corporación, SL.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "SOLARIA" (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 5.153.325), għal servizzi fil-klassijiet 37, 41 u 42.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales, SL.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva Spanjola li tinkludi l-element verbali "SOLARITA" (Nru 2.689.747), għal servizzi fil-klassijiet 37 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________