Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil (Franza) fl-4 ta' Lulju 2011 - Santander Asset Management SGIIC SA, au nom de Carteria Mobiliara SA SICAV vs Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l'État

(Kawża C-339/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Santander Asset Management SGIIC SA, f'isem Carteria Mobiliara SA SICAV

Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l'État

Domandi preliminari

Is-sitwazzjoni ta' azzjonisti għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, flimkien ma' dik tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS)?

F'tali każ, liema huma l-kundizzjonijiet li taħthom il-kwistjoni tat-taxxa f'ras il-għajn tista' titqies bħala li hija konformi mal-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital?

____________