Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2013 – ClientEarth u Stichting BirdLife Europe vs Il-Kumissjoni

(Kawża T-56/13) 1

(“Aċċess għal dokumenti tal-Istituzzjonijiet – Dokument miżmum mill-Kummissjoni li jikkonċerna l-politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-enerġija – Rifjut impliċitu ta’ aċċess – Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); u Stichting BirdLife Europe (Zeist, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: O. Brouwer, avukat)

Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Clotuche-Duvieusart, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal dokument li jikkonċerna l-politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-enerġija.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn ClientEarth u Stichting BirdLife Europe.

____________

1 ĠU C 101, 06.04.2013.