Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-11/20)1
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna ddikkjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE – Kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena – Telf sostnut minn bdiewa – Għajnuna ta’ kumpens – Obbligu ta’ rkupru – Obbligu ta’ informazzjoni – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u T. Ramopoulos, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Tsaousi, E. Leftheriotou, u A. Vasilopoulou, aġenti)
Dispożittiv
Billi ma ħaditx, fit-termini stabbiliti, il-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009, u billi ma informatx b’mod suffiċjenti lill-Kummissjoni Ewropea bil-miżuri meħuda b’applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll taħt it-Trattat FUE.
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________
1 ĠU C 68, 2.3.2020