Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2015 – Pi-Design vs UASI - Nestlé (PRESSO)

(Kawża T-545/15)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Pi-Design AG (Triegen, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Apelt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “PRESSO” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 093 132 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2/07/2015 fil-Każ R 428/2014-1Talbiettannulla d-deċiżjoni kkontestata;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motiv invokatKsur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________