Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2015 – Guiral Broto vs UASI — Gastro & Soul (Café del Sol)

(Kawża T-548/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentanti: J. de Castro Hermida, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gastro & Soul GmbH (Hildesheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Café del Sol” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 105 985

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2755/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara ammissibbli l-oppożizzjoni bbażata fuq it-trade mark prijoritarja li l-opponent, Ramón Guiral Broto, huwa proprjetarju tagħha, jiġifieri t-trade mark Spanjola Nru 2348110, fil-klassi 42 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice;

wara li tiddikjara ammissibbli l-oppożizzjoni, tikkonferma d-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li ċaħdet l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 006105985 “CAFE DEL SOL” għal “servizzi għal provvista ta’ ikel u xorb, akkomodazzjoni temporanja u catering” fil-klassi 43 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice ippreżentata mill-kumpanija kummerċjali Ġermaniża Gastro & Soul GmbH jew, jekk il-Qorti Ġenerali ma tkunx kompetenti li tagħmel hekk, tibgħat lura t-tilwima lil Bord tal-Appell tal-UASI u tordna l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni;fir-rigward tal-provi, tilqa’, barra l-provi prodotti matul il-proċedura amministrattiva, dawk mehmuża mar-rikors ippreżentat f’dan il-każ, enumerati 1 sa 4 u elenkati fl-iskeda tal-annessi mehmuża mar-rikors;Motivi invokatiIl-Bord tal-Appell iddeċieda ultra petita fid-deċiżjoni kkontestata peress li l-inammissibbiltà tal-oppożizzjoni ma tinsabx fost il-motivi mqajma mir-rikorrent fil-kuntest tar-rikors litiġjuż; Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________