Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-551/15)1

(“Rikors għal annullament – FAEG u FAEŻR – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Tardività – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estȇvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u J. Guillem Carrau, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 182, p. 39), sa fejn din teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika Portugiża.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 389, 23.11.2015.