Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (CAFE DEL SOL)

(Kawża T-549/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CAFE DEL SOL – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Café del Sol – Nuqqas ta’ produzzjon ta’ prova fil-lingwa tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni – Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Drittijiet tad-difiża”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. L. de Castro Hermida, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gastro & Soul GmbH (Hildesheim, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1888/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn R. Guiral Broto u Gastro & Soul.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-16 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1888/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn R. Guiral Broto u Gastro & Soul hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-EUIPO u R. Guiral Broto għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 381, 16.11.2015.