Language of document : ECLI:EU:T:2018:897





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2018 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

(Kawża T-552/15)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran – Kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-inklużjoni u ż-żamma ta’ isimha fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti – Osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 129)

(ara l-punti 28, 29)

2.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minħabba l-inklużjoni żbaljata tar-rikorrent fuq lista ta’ persuni suġġetti għal miżuri restrittivi – Esklużjoni – Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minħabba l-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi meħuda fil-konfront tar-rikorrent – Inklużjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u Artikolu 40 TUE; Artikolu 215 TFUE, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE u Artikolu 275 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, 2010/644/PESK u 2011/783/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Nru 1245/2011 u Nru 267/2012)

(ara l-punti 30-32)

3.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni ta’ att regolatorju – Esklużjoni

(Artikolu 296 TFUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 35, 43)

4.      Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Motiv ibbażat fuq elementi rrilevati fil-mori tal-kawża

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 84(1))

(ara l-punt 54)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bank Refah Kargaran huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.