Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Mejju 2012 - Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-184/11 P) 

("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Miżuri dixxiplinari - Proċeduri dixxiplinari - Revoka filwaqt li jinżammu d-drittijiet għal pensjoni ta' rtirar - Artikoli 22a u 22b tar-Regolamenti - Rekwiżit ta' preċiżjoni tal-appell - Aggravju ġdid - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Nuqqas ta' obbligu li jiġi rrilevat ex officio aggravju bbażat fuq ksur ta' terminu raġonevoli)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Rollinger u P.-F. Onimus, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy, J. Vermer et K. Zavřelová, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-13 ta' Jannar 2011, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-77/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiza sabiex tannulla din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Bart Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 179, 18.06.2011.