Language of document : ECLI:EU:T:2013:273

Kawża T‑187/11

Mohamed Trabelsi et

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi — Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Rikors għad-danni — Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Mejju 2013

1.      Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi għall-kisba ta’ protezzjoni għal wieħed mir-rikorrenti jew awtorizzazzjoni ta’ dritt ta’ risposta għal rikorrent wieħed jew iktar — Inammissibbiltà

(Artikolu 13 TUE; Artikolu 263 TFUE)

2.      Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Rikors — Rekwiżiti proċedurali — Att separat — Assenza — Inammissibbiltà

(Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 104(2) u (3))

4.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors intiż għall-kumpens għad-danni allegatament ikkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni — Nuqqas ta’ preċiżazzjoni fir-rigward tal-aġir li din l-istituzzjoni ġiet ikkritikata għalih, fir-rigward tan-natura tad-dannu u fir-rigward tar-rabta kawżali Inammissibbiltà

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

5.      Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet diretti kontra Stat Membru u ppreżentati abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali — Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

6.      Unjoni Ewropea — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti f’użu ħażin ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom — Awtorità kompetenti sabiex tiffirma d-deċiżjoni

(Artikoli 16(9) TUE u 18(3) TUE; Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5); Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/79)

7.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Żball fl-indikazzjoni tat-test applikabbli — Assenza ta’ effett — Kundizzjonijiet

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

8.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti f’użu ħażin ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom — Deċiżjoni li tagħmel parti minn kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li jippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda kontriha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja — Limiti — Motivazzjoni li ma tistax tikkonsisti f’fomulazzjoni ġenerali u sterjotipata

(Artikolu 296 TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/79)

9.      Unjoni Ewropea — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti f’użu ħażin ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom — Restrizzjoni għad-dritt għall-proprjetà — Kundizzjonijiet — Osservanza, bid-deċiżjoni ta’ implementazzjoni, tal-kundizzjonijiet previsti bid-deċiżjoni bażika — Assenza — Ksur tad-dritt għall-proprjetà

(Artikolu 21(2)(b) u (d) TUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 17(1) u 52(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72, Artikoli 1 sa 3 u 5, u Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/79)

10.    Proċedura ġudizzjarja — Obbligu tal-qorti li tosserva l-kuntest tat-tilwima kif iddefinit mill-partijiet — Obbligu tal-qorti li tiddeċiedi biss fuq l-argumenti invokati mill-partijiet — Assenza

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2))

11.    Unjoni Ewropea — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti f’użu ħażin ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom — Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

(Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72, Artikoli 1 sa 3 u 5, u Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/79)

12.    Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti f’użu ħażin ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom — Annullament li jwassal għal dak ta’ regolament u li jċaħħad minn bażi legali kull miżura restrittiva — Probabbiltà ta’ preġudizzju serju u irriversibbli għall-effikaċja ta’ kull iffriżar ta’ assi li fil-futur jista’ jiġi deċiż mill-Kunsill kontra l-persuni msemmija fl-att annullat — Żamma tal-effetti tad-deċiżjoni annullata sal-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tal-appell jew saċ-ċaħda tiegħu

(Artikolu 264 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Regolament tal-Kunsill Nru 101/2011; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/79)

1.      Ebda dispożizzjoni tat-Trattati u ebda prinċipju ma jagħti ġurisdizzjoni lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar talba sabiex ir-rikorrent jiġi protett jew sabiex jiġi awtorizzat dritt ta’ risposta favur rikorrent wieħed jew iktar. F’dawn il-kundizzjonijiet, tali talba għandha tiġi miċħuda bħala mressqa quddiem qorti li manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni li tieħu konjizzjoni tagħha.

(ara l-punti 36-38)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 40, 41)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 43, 45)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 46-48)

5.      Id-dritt imnissel mit-Trattat UE u mit-Trattat FUE, riżultat ta’ sors awtonomu, minħabba n-natura tiegħu ma jistax jiġi kkontestat b’mod ġudizzjarju minn kwalunkwe regola ta’ dritt nazzjonali mingħajr ma titpoġġa f’dubju l-bażi legali tal-Unjoni stess. Għalhekk, dispożizzjoni nazzjonali ma tistax tiġi invokata b’mod utli insostenn ta’ rikors għal annullament dirett kontra att tal-Unjoni.

(ara l-punti 50, 61)

6.      Mill-Artikoli 16(9) TUE, 18(3) TUE, u mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill jirriżulta li l-awtorità kompetenti għall-iffirmar tal-atti adottati mill-formazzjoni tal-Kunsill inkarigata mill-affarijiet barranin hija, bħala prinċipju, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. Madankollu, dan tal-aħħar jista’, fejn ikun hemm bżonn, jiġi ssostitwit mill-membru tal-imsemmija formazzjoni li jirrappreżenta l-Istat Membru li jeżerċita l-Presidenza ta’ sitt xhur tal-Kunsill, mingħajr ma jkollu jiġġustifika li kellu delega għall-iffirmar.

(ara l-punti 57, 58)

7.      Żball imwettaq fl-indikazzjoni tat-test applikabbli ma għandux jikkawża l-inammissibbiltà tal-ilment imqajjem, meta s-suġġett u s-sunt ta’ dan l-ilment joħorġu b’mod suffiċjentement ċar mir-rikors. Minn dan isegwi li rikorrent lanqas ma huwa obbligat jindika, b’mod espliċitu, ir-regola ta’ dritt speċifika li fuqha huwa bbaża l-ilment tiegħu, bil-kundizzjoni li l-argument tiegħu ikun ċar biżżejjed sabiex il-parti avversarja u l-qorti tal-Unjoni jkunu jistgħu jidentifikaw din ir-regola mingħajr diffikultà.

(ara l-punt 63)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 66-72)

9.      L-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiggarantixxi d-dritt għall-proprjetà. Madankollu, dan id-dritt ma jikkostitwixxix prerogattiva assoluta. Mill-Artikolu 52(1) tal-imsemmija karta jirriżulta li, sabiex titqies konformi mad-dritt tal-Unjoni, limitazzjoni tal-eżerċizzju tad-dritt għall-proprjetà għandha, fi kwalunkwe każ, tissodisfa tliet kundizzjonijiet. L-ewwel nett, il-limitazzjoni għandha tkun prevista mil-liġi u għaldaqstant il-miżura inkwistjoni għandu jkollha bażi legali. It-tieni nett, din għandu jkollha għan ta’ interess ġenerali, rikonoxxut bħala tali mill-Unjoni. It-tielet nett, il-limitazzjoni ma tistax tkun eċċessiva. Fir-rigward ta’ din l-aħħar kundizzjoni, minn naħa, il-limitazzjoni għandha tkun neċessarja u proporzjonali għall-għan imfittex u, min-naħa l-oħra, l-essenza tad-dritt jew tal-libertà inkwistjoni ma tistax tiġi ppreġudikata.

Ma tissodisfax l-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet deċiżjoni ta’ implementazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi diretta kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija li tapplika kriterju li ma huwiex dak previst bid-deċiżjoni li tikkostitwixxi l-bażi legali tagħha. Dan ikun il-każ meta tali deċiżjoni ta’ implementazzjoni li inkludiet lir-rikorrent fost il-persuni kkonċernati minn iffriżar ta’ assi minħabba li dan kien suġġett għal investigazzjoni ġudizzjarja għal atti mwettqa bħala parti minn operazzjonijiet ta’ ħasil tal-flus filwaqt li d-deċiżjoni bażika timponi li jiġu ffriżati l-assi miżmuma mill-persuni responsabbli għall-użu ħażin ta’ fondi pubbliċi, peress li, minn naħa, ma huwiex stabbilit li, fir-rigward tal-liġi kriminali tal-Istat ikkonċernat, il-kunċett ta’ użu ħażin ta’ fondi pubbliċi jkopri dak tal-ħasil tal-flus u peress li, min-naħa l-oħra, id-definizzjoni tal-ħasil tal-flus li tirriżulta mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ma tikkorrispondix biss għall-azzjonijiet li jippermettu li l-oriġini illeċita ta’ assi li jirriżultaw minn użu ħażin ta’ fondi pubbliċi tinħeba. Tali deċiżjoni ta’ implementazzjoni ma tistax titqies li hija prevista mil-liġi fis-sens tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(ara l-punti 75, 78-81, 91, 93-96)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 82)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 115)

12.    Is-sentenzi li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali tannulla deċiżjoni meħuda minn istituzzjoni jew korp tal-Unjoni għandhom, bħala prinċipju, effett immedjat, fis-sens li l-att annullat jiġi eliminat b’mod retroattiv mill-ordinament ġuridiku u jitqies li qatt ma eżista. Jibqa’ l-fatt li, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, il-Qorti Ġenerali tista’ żżomm l-effetti ta’ deċiżjoni annullata b’mod provviżorju.

B’analoġija mad-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 60 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jirrigwardaw ir-regolamenti annullati, hemm lok li l-effetti tad-deċiżjoni annullata jinżammu sakemm jiskadi t-terminu għall-preżentata ta’ appell, jew saċ-ċaħda tiegħu peress li d-dħul fis-seħħ immedjat tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali jirrendi r-regolament li jikkonċerna miżuri restrittivi ta’ ffriżar ta’ fondi li jirrigwarda lir-rikorrent mingħajr bażi legali u peress li, skont l-Artikolu 266 TFUE, il-Kunsill ikun obbligat iħassru fir-rigward tiegħu. Għaldaqstant, ir-rikorrent ikun f’pożizzjoni li jittrasferixxi l-assi tiegħu kollha jew parti minnhom barra mill-Unjoni Ewropea, b’mod li jkun hemm il-probabbiltà li jiġi kkawżat preġudizzju serju u irriversibbli għall-effikaċità ta’ kull iffriżar tal-assi li fil-futur jista’ jiġi deċiż mill-Kunsill kontra tiegħu, filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li, għal raġunijiet li ma humiex dawk imsemmija fid-deċiżjoni, jiġi ġġustifikat li l-imsemmija persuna titniżżel fil-lista annessa mal-imsemmija deċiżjoni.

(ara l-punti 118, 121-123)