Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Klaes vs UASI – Klaes Kunststoffe (Klaes)

(Kawża T-453/13)1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Klaes – Trade mark Komunitarja figurattiva anterjuri Klaes – Raġuni relattiva għal rifjut – Riskju ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Horst Klaes GmbH & Co. KG (Bad Neuenahr-Ahrweiler, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Dix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Klaes Kunststoffe GmbH (Neuenrade, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Schneider, sussegwentement minn S. Schweyer, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Gunju 2013 (Każ R 1206/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horst Klaes GmbH & Co. KG u Klaes Kunststoffe GmbH.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Horst Klaes GmbH & Co. KG tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).Klaes Kunststoffe GmbH tbati l-ispejjeż tagħha.