Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2024 – ClientEarth u Leino-Sandberg vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-682/21 u T-683/21) 1

(Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001  – Parir tas-Servizz Legali tal-Kunsill dwar proposta tal-Kummissjoni għal emenda għar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u dwar opinjoni tal-Kumitat ta’ Aarhus – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ pariri legali – Pariri legali ta’ natura partikolarment sensittiva jew ta’ ambitu partikolarment wiesa’ li jmorru lil hinn mill-qafas tal-proċess leġiżlattiv inkwistjoni – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali –  Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali  –  Interess pubbliku superjuri)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth AISBL (Ixelles, il-Belġju), Päivi Leino-Sandberg (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Brouwer, T. van Helfteren, avukati, u S. Gallagher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Saez Moreno u A. Maceroni, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi tagħhom ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament d-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jinsabu fl-ittri bir-referenzi SGS 21/2869 u SGS 21/2870, tad-9 ta’ Awwissu 2021, li parzjalment jirrifjutawlhom l-aċċess għad-dokument 8721/21.

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jinsabu fl-ittri bir-referenzi SGS 21/2869 u SGS 21/2870, tad-9 ta’ Awwissu 2021, li parzjalment jirrifjutaw l-aċċess għad-dokument 8721/21 lil ClientEarth AISBL u lil Päivi Leino-Sandberg huma annullati.

Il-Kunsill huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 37, 24.1.2022.