Language of document : ECLI:EU:T:2017:795

Kawża T-180/15

Icap plc et

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur ta’ prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen – Deċiżjoni li tikkonstata sitt okkorrenzi ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Manipulazzjoni tar-rati ta’ riferiment interbankarji JPY LIBOR u Euroyen TIBOR – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni bis-suġġett – Parteċipazzjoni ta’ broker fil-ksur – Proċedura ‘ibrida’ ta’ tranżazzjoni – Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Multi – Ammont bażiku – Adattament eċċezzjonali – Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Obbligu ta’ motivazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) tal-10 ta’ Novembru 2017

1.      Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE u 266 TFUE)

2.      Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Kontenut u għan ta’ akkordju kif ukoll kuntest ekonomiku u ġuridiku tal-iżvilupp tiegħu – Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat – Intenzjoni tal-partijiet li jilħqu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni – Kriterju mhux neċessarju – Ksur bil-għan – Grad suffiċjenti ta’ noċività – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

3.      Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq – Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri – Għan jew riżultat antikompetittiv – Preżunzjoni – Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE)

4.      Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Għan antikompetittiv – Kriterji ta' evalwazzjoni – Assenza ta’ effetti antikompetittivi fuq is-suq – Assenza ta’ rabta diretta bejn il-prattika miftiehma u l-prezzijiet għall-konsum – Assenza ta’ rilevanza

(Artikolu 101(1) TFUE)

5.      Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Neċessità ta’ rabta kawżali bejn il-prattika miftiehma u l-aġir tal-impriżi fis-suq – Preżunzjoni li hemm din ir-rabta kawżali – Oneru ta’ konfutazzjoni ta’ din il-preżunzjoni fuq l-impriża kkonċernata – Provi

(Artikolu 101(1) TFUE)

6.      Rikors għal annullament – Suġġett – Deċiżjoni bbażata fuq diversi punti ta’ raġunament, li kollha huma suffiċjenti sabiex id-dispożittiv ikun ibbażat fuqhom – Annullament ta’ deċiżjoni bħal din – Kundizzjonijiet

(Artikolu 263 TFUE)

7.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Kontenut neċessarju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1))

8.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Dritt ta’ aċċess għall-fajl – Ksur – Rifjut ta’ aċċess għal dokumenti li jistgħu jkollhom utlilità għad-difiża tal-impriża

(Artikolu 101 TFUE)

9.      Akkordji – Imputazzjoni lil impriża – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timputa impriża b’iffaċilitar ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE)

10.    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni – Sensiela ta’ indizzji – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Applikabbiltà

(Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

11.    Kompetizzjoni – Akkordji – Prova – Evalwazzjoni tal-valur probatorju ta’ dokument – Kriterji – Kredibbiltà tal-provi prodotti

(Artikolu 101(1) TFUE)

12.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Prinċipju ta’ nulla poena sine lege – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1))

13.    Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża għall-ksur kollu – Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE)

14.    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Ksur uniku u kontinwu – Assenza ta’ prova dwar ċerti perijodi determinati tal-perijodu globali kkunsidrat – Interruzzjoni tal-parteċipazzjoni tal-impriża fil-ksur – Ksur repetut – Konsegwenzi fuq id-determinazzjoni tal-multa

(Artikolu 101 TFUE)

15.    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Proċedura ta’ tranżazzjoni – Applikabbiltà tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċneza – Portata

(Artikolu 6 TUE; Artikolu 101(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 33; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 622/2008, Artikolu 10a)

16.    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Proċedura ta’ tranżazzjoni – Proċedura li ma tinvolvix lill-parteċipanti kollha f’akkordju – Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ żewġ deċiżjonijiet intiżi, waħda minnhom, għall-parteċipanti li ddeċidew li jittranżiġu u, l-oħra, għal dawk li ddeċidew li ma jittranżiġux – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza

(Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 622/2008, Artikolu 10a)

17.    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Rekwiżit ta’ imparzjalità – Portata

(Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

18.    Kompetizzjoni – Multi – Deċiżjoni li timponi multi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Possibbiltà għall-Kummissjoni li tinjora l-linji gwida għall-kalkolu tal-multi – Rekwiżiti ta’ motivazzjoni iktar stretti

(Artikolu 101 TFUE u paragrafu 2 tal-Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 37)

19.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolarizzazzjoni ta’ żball fil-motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà

(Artikolu 296 TFUE)

20.    Kompetizzjoni – Multi – Deċiżjoni li timponi multi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur – Indikazzjoni suffiċjenti – Obbligu tal-Kummissjoni li tindika ċ-ċifri dwar il-mod ta' kalkolu tal-multi – Assenza

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 35)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 42-48)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 49-52)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 53-55)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 56, 57)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 74)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 83-86)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 87)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 97-104)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 114-117, 154)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 118)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 193-196)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 205-208)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 217-221, 223)

15.    Il-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, stipulat issa fl-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li japplika għall-proċeduri dwar ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi li jistgħu jwasslu għall-pronunzja ta’ multi jew penali. Fir-rigward tal-proċedura ta’ tranżazzjoni prevista fl-Artikolu 10a tar-Regolament Nru 773/2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 101 TFUE sa 102 TFUE kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008, ir-rekwiżiti marbuta mal-osservanza tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza ma jistgħux jiġu ssostitwiti minn kunsiderazzjonijiet marbuta mal-ħarsien tal-għanijiet ta’ rapidità u ta’ effettività tal-proċedura ta’ tranżazzjoni, huma kemm huma importanti. Għall-kuntrarju, hija l-Kummissjoni li għandha tapplika l-proċedura ta’ tranżazzjoni tagħha b’mod li din tkun kompatibbli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 48 tal-Karta.

Fil-fatt, minkejja li l-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza huwa inkluż fl-Artikolu 48 tal-Karta, li għandha skont l-Artikolu 6 TUE l-istess valur bħat-Trattati, il-proċedura ta’ tranżazzjoni toriġina f’regolament adottat biss mill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1/2003, jiġifieri r-Regolament Nru 622/2008, u li din hija ta’ natura fakultattiva kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-impriżi kkonċernati.

(ara l-punti 256, 265, 266)

16.    Fil-qasam tal-akkordji, meta proċedura ta’ tranżazzjoni ma tinvolvix lill-parteċipanti kollha fi ksur, il-Kummissjoni tista’ tadotta, minn naħa, wara proċedura ssimplifikata, deċiżjoni li għandha bħala destinatarji l-parteċipanti fil-ksur li ddeċidew li jittranżiġu u li għal kull wieħed minnhom tirrifletti l-impenn tagħhom u, min-naħa l-oħra, skont proċedura ordinarja, deċiżjoni indirizzata lill-parteċipanti fil-ksur li ddeċidew li ma jittranżiġux. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ tali proċedura ta’ tranżazzjoni “ibrida” għandha ssir fl-osservanza tal-preżunzjoni ta’ innoċenza tal-impriża li ddeċidiet li ma tittranżiġix. Għaldaqstant, f’ċirkustanzi fejn il-Kummissjoni tqis li hija ma tkunx f’pożizzjoni li tippronunzja ruħha fuq ir-responsabbiltà tal-impriżi li jipparteċipaw fit-tranżazzjoni mingħajr ma tippronunzja ruħha wkoll fuq il-parteċipazzjoni fil-ksur tal-impriża li ddeċidiet li ma tittranżiġix, hija għandha tieħu l-miżuri neċessarji – fosthom l-eventwali adozzjoni fl-istess data tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-impriżi kollha involuti fil-kartell – li jippermettulha tħares l-imsemmija preżunzjoni ta’ innoċenza.

(ara l-punti 267, 268)

17.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 271, 272, 276, 278)

18.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 287-289)

19.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 290)

20.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 291)