Language of document :

Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2024 minn Fugro NV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2023 fil-Kawża T-143/23, Fugro vs Il-Kunsill

(Kawża C-146/24 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Fugro NV (rappreżentant: T.C. Gerverdinck, advocaat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet appellat;

sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-istat tal-proċeduri jippermetti dan, tiċħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, tiddikjara l-appell ammissibbli u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu jew, sussidjarjament, tiddikjara li l-appellanti hija direttament ikkonċernata mill-miżura kkontestata 1 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fuq l-inċidenza diretta jew tgħaqqad il-kawża ma’ deċiżjoni fuq il-mertu;

tikkundanna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka aggravju wieħed li jallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fid-dritt, b’mod partikolari fil-punti 40 sa 44, billi interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “inċidenza diretta” fis-sens tat-tieni sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

____________

1 Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni (ĠU 2022 L 328, p. 1, rettifika fil-ĠU 2023 L 13, p. 9)