Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2011 - Evropaïki Dynamiki vs BEI

(Kawża T-461/08) 1

("Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizz ta' għajnuna għall-manteniment, għas-sostenn u għall-iżvilupp ta' sistema informatika - Caħda tal-offerta ta' offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Kompetenza - Obbligu ta' motivazzjoni - Dritt għal rikors effettiv - Trasparenza - Proporzjonalità - Trattament ugwali u nondiskriminazzjoni - Kriterji ta' għażla u ta' għoti - Rikors għad-danni - Ammissibbiltà - Telf ta' profitti")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz u T. Pietilä, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BEI, tal-31 ta' Jannar 2008, li ma jaċċettax l-offerta mogħtija mir-rikorrenti fil-kuntest ta' sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista ta' servizzi intiżi sabiex tingħata għajnuna għall-manteniment, għas-sostenn u għall-iżvilupp ta' sistema informatika u li jagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, mressqa abbażi tal-Artikoli 225 KE u 230 KE, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni mressqa abbażi tal-Artikoli 225 KE, 235 KE u 288 KE.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li ma jaċċettax l-offerta mogħtija minn Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 2007/S 176-215155 li tirrigwarda l-provvista ta' servizzi intiżi sabiex tingħata "[g]ħajnuna għall-manteniment, għas-sostenn u għall-iżvilupp tas-sistema 'Loans Front Office' (Serapis)" u li jagħti l-kuntratt lil Sybase BVBA hija annullata.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    Il-BEI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 19, 24.01.2009.