Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' April 2009 - Winzer Pharma vs UASI - Alcon (OFTAL CUSI)

(Kawża T-462/08)1

("Trade mark Komunitarja - Revoka tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Robert Winzer Pharma GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schneller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Alcon Inc. (Hünenberg, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Isern Jara u M. Vidal-Quadras Trias de Bes, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Lulju 2008 (Każ R 1471/2007-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Dr. Robert Winzer Pharma GmbH u Alcon Inc.

Dispożittiv

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

Il-konvenuta għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tar-rikorrenti.

L-intervenenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 327, 20.12.2008.