Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fl-14 ta’ April 2021 – “TOYA” sp. z o.o., Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

(Kawża C-243/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: “TOYA” sp. z o.o., Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji.

Konvenut: Prezesowi Urzędu Komunikacji Elektronicznej

Domandi preliminari

L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ l-Aċċess) 1 moqri flimkien mal-Artikolu 3(5) kif ukoll mal-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja 2 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil awtorità regolatorja nazzjonali milli tkun tista’ timponi fuq operatur li għandu infrastruttura teknika u li fl-istess waqt huwa fornitur ta’ servizzi jew ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li huma pubblikament disponibbli u li ma ntgħażilx bħala operatur li għandu setgħa sinjifikattiva fis-suq, l-obbligu li japplika l-kundizzjonijiet stabbiliti ex ante mill-istess awtorità u li jirregolaw il-modalitajiet ta’ aċċess għall-infrastruttura teknika ta’ dan l-operatur, inklużi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-konklużjoni ta’ kuntratti kif ukoll it-tariffi għall-aċċess applikati, indipendentement mill-eżistenza ta’ tilwima dwar aċċess għall-infrastruttura teknika ta’ dan l-operatur kif ukoll mill-eżistenza ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq?

Alternattivament (verżjoni II)

L-Artikolu 67(1) u (3) moqri flimkien mal-Artikolu 68(2) u (3) tad-Direttiva 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi 3 moqri flimkien mal-Artikolu 3(5) kif ukoll mal-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil korp regolatorju nazzjonali milli jkun jista’ jimponi fuq operatur li għandu infrastruttura teknika u li fl-istess waqt huwa fornitur ta’ servizzi jew ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li huma pubblikament disponibbli u li ma ntgħażilx bħala operatur li għandu setgħa sinjifikattiva fis-suq, l-obbligu li japplika l-kundizzjonijiet stabbiliti ex ante mill-istess awtorità u li jirregolaw il-modalitajiet ta’ aċċess għall-infrastruttura teknika ta’ dan l-operatur, inklużi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-konklużjoni ta’ kuntratti kif ukoll it-tariffi għall-aċċess applikati, indipendentement mill-eżistenza ta’ tilwima dwar aċċess għall-infrastruttura teknika ta’ dan l-operatur kif ukoll mill-eżistenza ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323.

2 ĠU 2014, L 155, p. 1.

3 ĠU 2018 L 321, p. 36, rettifiki fil-ĠU 2019 L 334, p. 164, u fil-ĠU 2020 L 419, p. 36.