Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 taʼ Marzu 2013 - Pro-Aqua International vs UASI - Rexair (WET DUST CANʼT FLY)

(Kawża T-133/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pro-Aqua International GmbH (Ansbach, il-Ġermanja (rappreżentanti: T. Raible, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rexair LLC (Troy, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-17 ta' Diċembru 2012 fil-Każ R 211/2012-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-UASI u quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni taʼ invalidità: it-trade mark verbali "WET DUST CANʼT FLY" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 7 u 37 (Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 668 073)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni taʼ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-motivi tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità kienu dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________