Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-25 ta' Marzu 2010 - Buschak vs EUROFOUND

(Kawża F-47/08) 1

"Servizz pubbliku - Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol - Deskrizzjoni tal-impjieg ta' viċi direttur - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Willy Buschak (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u C. Ronzi, avukati, sussegwentement minn L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (rappreżentanti: C. Callanan, solicitor)

Suġġett

Servizz pubbliku - L-annullament tad-deċiżjoni li temenda d-deskrizzjoni tal-impjieg tar-rikorrent u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tikkumpensah għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

W. Buschak huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 171, 5.7.2008, p. 52.