Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Awwissu 2012 - Kampol vs UASI - Colmol (Nobel)

(Kawża T-382/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kampol sp. z o.o. (Świdnica, il-Polonja) (rappreżentant: J. Kępiński, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Colmol-Colchões, SA (Oliveira de Azeméis, il-Portugall)

Talbiet

tilqa' l-appell u tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' Ġunju 2012 fil-Każ R 2286/2011-4;

tiċħad fl-intier tagħha l-oppożizzjoni Nru B 1762742 (Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9080078);

tikkundanna lill-UASI jirreġistra t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; u

alternattivament, tirrinvijja l-kawża quddiem ir-Raba' Bord tal-Appell sabiex jisma' l-kawża mill-ġdid, skont il-kriterji vinkolanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "Nobel" bil-kulur iswed, kulur id-deheb u aħmar, għal oġġetti fil-klassijiet 10 u 24 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9080078

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Portugiża rreġistrata bin-Nru 373184 tat-trade mark verbali "NOBEL" għal oġġetti fil-klassi 20

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________