Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2014 – Kampol vs UASI – Colmol (Nobel)

(Kawża T-382/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Nobel – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NOBEL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kampol sp. z o.o. (Świdnica, il-Polonja) (rappreżentant: J. Kępiński, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Colmol-Colchões, SA (Oliveira de Azeméis, il-Portugall)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 2286/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Colmol – Colchões, SA u Kampol-K. Humiński & syn sp. z o.o.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Kampol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.