Language of document : ECLI:EU:T:2014:12





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 – Ferienhäuser zum See vs UASI – Sunparks Groep (Sun Park Holidays)

(Kawża T‑383/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Sun Park Holidays – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Sunparks Holiday Parks – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23‑25, 72)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi Sun Park Holidays u Sunparks Holiday Parks (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 34, 40, 77, 78)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1928/2011‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sunparks Groep NV u Ferienhäuser zum See GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.