Language of document : ECLI:EU:T:2014:119





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2014 – Borrajo Canelo vs UASI – Tecnoazúcar (PALMA MULATA)

(Kawża T‑381/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali PALMA MULTA – Użu ġenwin – Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Forma li hija differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”

1.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a) u 51(1)(a)) (ara l-punti 25, 26)

2.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Trade mark verbali PALMA MULATA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a) u 51(1)(a)) (ara l-punti 31-40)

3.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Legalità – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Assenza ta’ effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2265/2010‑2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Ana Borrajo Canelo, Carlos Borrajo Canelo u Luis Borrajo Canelo, minn naħa, u Tecnoazúcar, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ana Borrajo Canelo, Carlos Borrajo Canelo u Luis Borrajo Canelo huma kkundannati għall-ispejjeż.