Language of document : ECLI:EU:T:2014:198





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ April 2014 – Elite Licensing vs UASI – Aguas de Mondariz Fuente del Val (elite BY MONDARIZ)

(Kawża T‑386/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva elite BY MONDARIZ – Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti ELITE – Lingwa tal-proċedimenti ta’ appell – Termini – Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell – Regola 48(2), regola 49(1) u regola 96(1) tar-Regolament (KE) Nruº2868/95 – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ appell – Terminu u forma tal-appell – Att tal-preżentata tal-appell f’lingwa differenti minn dik tal-proċedimenti– Terminu ta’ erba’ xhur mid-data ta’ notifika tad-deċiżjoni biex tirrimedja l-irregolarità (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 60; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, regoli 48(2), 49(1), u 96(1)) (ara l-punti 37-43)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 64, 65, 67, 100-102)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 70)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 73, 82, 83)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi elite BY MONDARIZ u elite (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 105, 108, 109, 114)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 9/2011‑5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Elite Licensing Company SA u Aguas de Mondariz Fuente del Val, SL.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 9/2011‑5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Elite Licensing Company SA u Aguas de Mondariz Fuente del Val, SL hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Elite Licensing Company.

3)

Aguas de Mondariz Fuente del Val għandha tbati l-ispejjeż tagħha.