Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Orange vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/12)1

(“Għajnuna mill-Istat – Irtirar – Għajnuna li tirrigwarda r-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom – Tnaqqis tal-korrispettiv li għandu jitħallas lill-Istat minn France Télécom – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet – Vantaġġ – Natura selettiva – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Drittijiet tad-difiża”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Orange, li kienet France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: S. Hautbourg u S. Cochard-Quesson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/540/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 25/08 (ex NN 23/08) riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom imwettqa mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom (ĠU 2012, L 279, p.1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Orange għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.