Language of document : ECLI:EU:T:2015:117





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 —
Orange vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑385/12)

“Għajnuna mill-Istat — Irtirar — Għajnuna li tirrigwarda r-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom — Tnaqqis tal-korrispettiv li għandu jitħallas lill-Istat minn France Télécom — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet — Vantaġġ — Natura selettiva — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Drittijiet tad-difiża”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Intervent mill-Istat li jtaffi l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża — Tnaqqis tal-ispejjeż marbutin mar-remunerazzjoni tal-impjegati — Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 34-37)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Intervent mill-Istat li jtaffi l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża — Inklużjoni — Miżura li tindika l-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali li jaħdmu mal-impriża benefiċjarja — Tnaqqis tal-korrispettiv li tħallas mill-impriża benefiċjarja lill-Istat — Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 38-41)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Intervent mill-Istat li jtaffi l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża — Miżura intiża li tikkumpensa żvantaġġ strutturali li jikkonsisti f’obbligi addizzjonali relatati mal-pensjonijiet tal-uffiċjali li jaħdmu mal-impriża benefiċjarja — Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 42, 43)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (Artikolu 107(1) TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 47-49, 58-62, 103-108)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Natura selettiva tal-miżura — Miżura ad hoc li tikkonċerna impriża waħda biss — Inklużjoni — Neċessitá ta’ paragun tal-benefiċjarju mal-operaturi l-oħrajn li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli fid-dawl tal-għan imfittex mill-miżura — Assenza (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 53, 54)

6.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jistgħu jaffettwaw sitwazzjoni legali partikolari — Rikors ippreżentat biss kontra l-motivazzjoni ta’ att — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 70)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni ekonomika kumplessa — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Artikolu 107(1) u (3) TFUE) (ara l-punti 81-86, 91-95)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern — Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prattika preċedenti — Esklużjoni (Artikolu 107(3)(ċ) TFUE)(ara l-punti 98-100)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern — Applikazzjoni ta’ rati fissi fil-Komunikazzjoni dwar ir-rati ta’ riferiment — Ammissibbiltà (Artikolu 107(3)(ċ) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 232/06) (ara l-punti 117-123)

10.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżaminazzjoni mill-Kummissjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligu tal-Kummissjoni li tintima lill-persuni interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom — Dritt tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jiġi assoċjat mal-proċedura f’miżura adegwata — Limiti (Artikolu 108(2) TFUE) (ara l-punti 131, 132)

11.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza — Inammissibbiltà — Żvilupp ta’ argumenti fir-replika — Assenza ta’ effett (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))(ara l-punt 134)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/540/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 25/08 (ex NN 23/08) — riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom imwettqa mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom (ĠU 2012, L 279, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Orange għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.