Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2023 – Escobar vs EUIPO (Pablo Escobar)

(Kawża T-255/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Escobar Inc. (Guaynabo, Puerto Rico, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Slopek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Pablo Escobar” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 568 583

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 1364/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza.

____________