Language of document : ECLI:EU:T:2012:601





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Verband Deutscher Prädikatsweingüter vs UASI (GG)

(Kawża T-278/09)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kollettiva verbali GG — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 253 KE (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 18)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kunċett [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)] (ara l-punti 35, 36)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade mark verbali GG [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)] (ara l-punti 40-59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 1568/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verali GG bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Verband Deutscher Prädikatsweingüter eV hija kkundannata għall-ispejjeż.